Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Press Conference tal-Partit Laburista fl-10 ta’ filgħaxija ma serħitx moħħ il-poplu Malti u Għawdxi

Konferenza tal-aħbarijiet fl-10 ta' filgħaxija dwar il-każ ta' kwalita ħażina fl-istampar tal-voti

Minkejja li sejħu l-ġurnalisti fl-10 ta’ filgħaxija, ebda ċittadin Malti ma jista’ jserraħ rasu li l-elezzjoni ġenerali li jmiss ma tkunx imbagħbsa. Fid-difiża tiegħu, l-Partit Laburista ma ċaħadx id-dettalji żvelati aktar kmieni llum: jiġifieri li d-dokumenti tal-vot li se jibdew jitqassmu għada filgħodu m’għandhomx is-security features neċessarji, u li ġew stampati b’inka li faċilment titħassar.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li se jibqa’ jżomm lill-Prim Ministru responsabbli ta’ dan l-aġir, u se jkun qed jieħu dan il-każ quddiem l-Organisation for Security and Cooperation in Europe. Il-Partit Nazzjonalista mhu se jħalli lil ħadd ibagħbas l-elezzjoni ġenerali.