Gvern Nazzjonalista ġdid se jkun qed joffri servizz ta’ childcare b’xejn għal kulħadd. Dan ifisser li s-servizz se jiġi estiż, mhux biss għal nisa li joħorgu jaħdmu iżda għal kulħadd. Dan ifisser li anke ġenituri li mhux it-tnejn jaħdmu se jgawdu minn din il-miżura radikali u importanti.
Din il-proposta qed issir għaliex il-Partit Nazzjonalista jemmen li t-tfal kollha għandhom jiġu trattati l-istess, u jiġu mgħejuna wkoll il-ġenituri kollha.
Ħabbar dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet.
Din hija waħda mill-ħames proposti ġodda ta’ miżura soċjali li ħabbar il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>