Gvern Nazzjonalista ġdid se jimpenja ruħu li ċ-children’s allowance tiżdied minn €450 fis-sena għal €550 għal kull wild. Mill-banda l-oħra, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed iwiegħed ukoll li lil-familji bil-minimum wage, iċ-children’s allowance se tiżdied b’€200 għal kull wild.
Ħabbar dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet.
Din hija waħda mill-ħames proposti ġodda ta’ miżura soċjali li ħabbar il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>