Impenn mal-Familji Proposti

IMPENN: Iċ-Children’s allowance tiżdied għal €550 għal kull wild u b’€200 aktar għal kull wild ta’ familji bil-minimum wage

Għall-familji bil-minimum wage, iċ-children’s allowance se tiżdied b’€200 għal kull wild.

Gvern Nazzjonalista ġdid se jimpenja ruħu li ċ-children’s allowance tiżdied minn €450 fis-sena għal €550 għal kull wild. Mill-banda l-oħra, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed iwiegħed ukoll li lil-familji bil-minimum wage, iċ-children’s allowance se tiżdied b’€200 għal kull wild.

Ħabbar dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet.

Din hija waħda mill-ħames proposti ġodda ta’ miżura soċjali li ħabbar il-Partit Nazzjonalista.