Gvern ġdid Nazzjonalista se jżied il-leave tal-maternità u l-paternità minn 18-il ġimgħa kif inhi llum għal 22 ġimgħa, biż-żieda tkun sussidjata mill-Gvern.
B’hekk din hi proposta li se tintroduċi wkoll leave għall-missirijiet li għandhom dritt igawdu lil uliedhom.
Ħabbar dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet.
Din hija waħda mill-ħames proposti ġodda ta’ miżura soċjali li ħabbar il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>