Impenn mal-Familji Proposti

IMPENN: Il-leave tal-maternità u paternità jiżdied għal 22 ġimgħa minflok 18-il ġimgħa

Din hija waħda mill-ħames proposti ġodda ta' miżura soċjali li ħabbar il-Partit Nazzjonalista.

Gvern ġdid Nazzjonalista se jżied il-leave tal-maternità u l-paternità minn 18-il ġimgħa kif inhi llum għal 22 ġimgħa, biż-żieda tkun sussidjata mill-Gvern.

B’hekk din hi proposta li se tintroduċi wkoll leave għall-missirijiet li għandhom dritt igawdu lil uliedhom.

Ħabbar dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet.

Din hija waħda mill-ħames proposti ġodda ta’ miżura soċjali li ħabbar il-Partit Nazzjonalista.