Gvern Nazzjonalista ġdid iwiegħed li s-sick leave għall-ħaddiema jkun jista’ jintuża kemm meta jimirdu l-ħaddiema imma wkoll uliedhom li attwalment qed jaffaċċjaw problemi kbar meta l-ulied ikunu morda u ma jistgħux imorru l-iskola.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li qed tinħoloq sitwazzjoni wkoll fejn ġenituri jkollhom jabbużaw, u jirrappurtaw li huma dawk li ma jifilħux, biex jieħdu ħsieb uliedhom. Anke dwar din il-miżura, Simon Busuttil qed iwiegħed diskussjoni, li għandha twassal li jitnaqqas l-abbuż mis-sistemà preżenti, iżżid il-lealtà tal-ħaddiema lejn il-post tax-xogħol u l-ġenituri jkunu inċentivati li jibqgħu fid-dinja tax-xogħol.
Dan tħabbar mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet.
Din hija waħda mill-ħames proposti ġodda ta’ miżura soċjali li ħabbar il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>