Impenn mal-Familji Proposti

IMPENN: Trasport b’xejn għall-istudenti kollha, kemm fl-iskejjel tal-Knisja u anki dawk indipendenti

Din il-proposta mhux biss se tnaqqas l-ispejjeż għall-ġenituri imma se tkun ukoll miżura li se tnaqqas drastikament it-traffiku mit-toroq Maltin

Gvern ġdid Nazzjonalista se joffri trasport b’xejn għall-istudenti kollha, kemm għall-iskejjel tal-Knisja u wkoll dawk indipendenti, liema proposta mhux biss se tnaqqas l-ispejjeż għall-ġenituri imma se tkun ukoll miżura li se tnaqqas drastikament it-traffiku mit-toroq Maltin għaliex jitnaqqsu eluf ta’ toroq kuljum. Proposta li se twassal ukoll għal għajxien ta’ ħajja aħjar.

Ħabbar dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet.

Din hija waħda mill-ħames proposti ġodda ta’ miżura soċjali li ħabbar il-Partit Nazzjonalista.