Internazzjonali

L-Afganistan: Jinqatel il-Kap tal-ISIS waqt rejd f’Nangahar

 

Il-Kap tal-fergħa tal-ISIS fl-Afganistan, Abdul Hasib, spiċċa maqtul waqt rejd militari tal-qawwiet speċjali fl-artijiet lejn il-Lvant tal-provinċja ta’ Nangarhar.

Intant, Uffiċjali Afgani u tal-Istati Uniti kkonfermaw li l-qawwiet ‘tagħhom’, għaxart ijiem ilu, kienu mexxew din l-azzjoni konġunta biex jeliminaw lit-terrorista ewlieni.

Jaħsbu li Hasib kien il-moħħ wara l-attakk terroristiku ta’ Marzu fuq sptar militari ta’ Kabul, li fih kienu mietu tal-anqas 50 persuna.

Min-naħa tiegħu, l-ISIS mhux jikkonferma l-qtil ta’ Abdul Hasib, li s-sena l-oħra kien inħatar Kap tal-ISIS fl-Afganistan wara li l-Kap ta’ qablu tilef ħajtu waqt attakk minn drone tal-Istati Uniti.