Sport Sport Ieħor

MOTOGP – Suċċess għal Pedrosa fi Spanja

Pedrosa jiċċelebra s-suċċess tiegħu fi Spanja

Is-sewwieq tal-Honda Dani Pedrosa kellu wirja dominanti waqt il-Grand Prix ta’ Spanja li sar fi tmiem il-ġimgħa biex rebaħ it-tellieqa hekk kif temm quddiem is-sewwieq Spanjol ieħor Marc Marquez u quddiem Jorge Lorenzo tad-Ducati.

Għal Pedrosa din kienet l-ewwel rebħa tiegħu fi Spanja sa mill-2013 u qatt ma deher li kien se jitlef l-ewwel post. Minkejja li lejn it-tmiem Marquez naqqas id-distakk b’nofs sekonda Pedrosa xorta waħda iddefenda l-vantaġġ li kellu li kien dak ta’ sitt sekondi.

Fit-tielet post daħal Lorenzo li grazzi għal dan ir-riżultat kiseb l-ewwel post fuq il-podju sa minn kemm ilu jsuq mat-tim il-ġdid tiegħu d-Ducati.

Valentino Rossi, li hu lider tal-klassifika ġenerali temm fl-10 post u xorta waħda baqa’ fl-ewwel post imma issa l-vantaġġ tiegħu hu dak ta’ żewġ punti fuq Vinales li daħal fis-sitt post. Marc Marquez issa daħal b’ċans tajjeb li jissielet għar-rebħ tat-titlu hekk kif qiegħed erba’ punti taħt il-lider Pedrosa.