Lokali

FILMAT: Nar jaħkem dar tal-anzjani f’Buġibba; “Hawn paniku kbir”

Diversi persuni, il-maġġorparti anzjani, kienu evakwati wara li żviluppa nar f’dar tal-anzjani f’Buġibba.

Jirriżulta li fiż-żona żviluppa paniku kbir hekk kif l-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet waħda diffiċli minħabba l-ammont kbir ta’ anzjani u minħabba li waqt l-evakwazzjoni żviluppat ħsara f’ladder li kien qed jintuża mill-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili.

Kien għall-ħabta tas-19:00 li żviluppa nar f’Casa San Paolo, li tinsab fi Triq it-Turisti, f’Buġibba. S’issa għad m’hemmx informazzjoni dwar jekk weġġgħux xi persuni f’dan il-każ.

Casa San Paolo kienet infetħet f’Ġunju tal-2015 u għandha kapaċità ta’ 191 sodda, minbarra żoni pubbliċi fosthom żewġ ristoranti, ċentru għall-kura, swali u kappella. Hu propju din il-kappella li qed tilqa’ lill-anzjani li għadhom maqbuda fuq ġewwa.