Elezzjoni 2017 Lokali

“Qalbi qiegħda man-nies tas-South” – Simon Busuttil

Dikjarazzjoni ċara mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista

Wara l-gidba tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat illi dawwar diskors li għamel Simon Busuttil fil-Birgu, dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista esprima ruħu diżappuntat għall-mod illi bih Muscat qed ikompli jiżra l-firda.

Hu kien qed iwieġeb mistoqsijiet ta’ Net News wara li f’Ħaż-Żabbar Joseph Muscat uża s-settur soċjali bħala ballun politiku, u ħoloq gidba oħra.

Din l-istess gidba ġie spinjata mill-media laburista.