Raymond Cassar, ta’ 44 sena li jgħix il-Ħamrun huwa l-vittma wara li llejla nqabad taħt lift u tilef ħajtu fi blokka privata ta’ appartamenti fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ ftit tal-minuti ilu fi triq Dun Frans Camilleri.
Fuq il-post issejjħu membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili sabiex joħorġu lill-persuna iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Minn informazzjoni li Net News kiseb minn fuq il-post, jidher li Raymond Cassar, waqgħulu ċ-ċwievet fil-bokka tal-lift. Hu pprova jinżel iġib iċ-ċwievet u ħalla squeezer il-lift jibqa wieqaf iżda b’mod awtomatiku l-lift niżel fil-livell -2 fejn spiċċa mgħaffeġ.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N. Galea Sciberras LLD li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-istħarriġ mill-Pulizija għadu għaddej.


//= $special ?>