B’referenza għal rapporti fil-media dwar il-każ li għandi bħalissa fil-Qrati Maltin, nixtieq niċċara li, kuntrarju għal dak li qed jintqal, jiena ma kontx preżenti fil-Qorti għaliex l-informazzjoni li ngħatatli kienet dik ta’ ħin ieħor tas-seduta – aktar tard milli fil-fatt kienet.
Fil-fatt, meta l-Avukat tiegħi nduna b’dak li kien ġara, mill-ewwel ħa azzjoni u se jkun qed jagħmel applikazzjoni biex tiġi rtirata l-multa li tat il-Qorti.
Niskuża ruħi mal-Qrati Maltin ta’ dak li ġara llum, iżda ntenni li jien kont infurmat b’ħin differenti minn dak li fih kelli tkun is-seduta.
//= $special ?>

