Elezzjoni 2017 Lokali

It-tqassim tad-dokumenti tal-voti jibda għada

It-tqassim tad-dokumenti se jkun qed isir minn membri tal-Pulizija bejn it-8AM u s-1PM u t-3PM u d-9PM.

Minn għada 9 ta’ Mejju se jibda t-tqassim tad-dokumenti tal-voti li bihom in-nies se tkun tista’ tivvota fl-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju li ġej.

It-tqassim tad-dokumenti se jkun qed isir minn membri tal-Pulizija bejn it-8AM u s-1PM u t-3PM u d-9PM.

It-tqassim tad-dokumenti tal-voti se jibqa sejjer sa nhar l-20 ta’ Mejju li ġej.

Din id-darba, id-dokumenti tal-voti mhux se jkunu tal-plastik bħal qabel. Filfatt, id-dokumenti se jkunu magħmulin minn materjal sintetiku.

Intant, jekk għandek bżonn assistenza relatat mal-proċess elettorali, tista’ ċċempel lill-Uffiċċju ELCOM fuq 2596 5291.