Elezzjoni 2017 Lokali

“Aħna kollha Maltin” – Simon Busuttil

"Jien ma nħarisx bil-kuluri blu u aħmar"

“Kulħadd għandu dritt jivvota lil min irid għaliex aħna kollha aħwa Maltin. Li hu żgur hu, li jien mhux se niżra l-firda”. Hekk stqarr dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt konferenza stampa fil-Foss tal-Imdina.

Simon Busuttil stqarr b’mod ċar illi hemm ħaġa waħda ċerta – li hu għandu żgur ruħ soċjali aktar minn Joseph Muscat.