Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Ara lil Helena Dalli tbiddel il-verżjoni dwar il-vjolenza f’temp ta’ ftit minuti

Helena Dalli terġa' tiġġustifika l-kummenti "Niġi għalik u nifqgħak" minħabba "l-kuntest"

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ministru tal-ugwaljanza reġgħet iġġustifikat il-kummenti tad-Deputat Laburista Joe Debono Grech “Niġi għalik u nifqgħak” minħabba “l-kuntest”.

Filwaqt li qalet li kkundannat il-kummenti ta’ Debono Grech, Dalli ġġustifikat il-kummenti li kien għaddha fil-Parlament fil-konfront tad-Deputat Marlene Farrugia. “Il-kuntest kien li aħna bħala Parlamentari, konna ilna verbalment vjolentati minn Marlene Farrugia għal ġimgħa sħaħ” qalet Dalli biex tiġġustifika l-kummenti ta’ Debono Grech.

Helena Dalli ġġustifikat il-kummenti vjolenti ta’ Debono Grech f’risposta għal mistoqsijiet tal-ġurnalisti.