Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Dwar ħaddiema li l-Gvern qed jagħmel €600 profitt minn fuqhom: “Tal-anqas jitħallsu”

Muscat jiġġustifika l-iskema tal-GWU, li biha jagħmlu €600 profitt minn fuq kull ħaddiem

“Tal-anqas jitħallsu” kienet ir-risposta tal-Prim Ministru Joseph Muscat meta ġġustifika l-iskema tal-Gvern, imħaddma mill-General Workers’ Union, u li biha, il-GWU qed tagħmel profitt ta’ €600 minn fuq kull ħaddiem li timpjega.

L-iskema għandha l-għan li tpoġġi numru ta’ persuni fid-dinja tax-xogħol. Imma waqt li dawn il-ħaddiema qed jitħallsu bil-minimum wage, il-General Workers Union qed tagħmel €600 profitt minn fuq kull ħaddiem talli qed tħaddem din l-iskema tal-Gvern.

“Tal-anqas jitħallsu, mhux bħall-ħaddiema tal-istamperija” kien l-aħħar kumment ta’ Muscat qabel telaq minn fuq il-podium.

Dalgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li Gvern Nazzjonalista jneħħi din l-iskema u jirritorna l-flus misruqa għand il-ħaddiema.