Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ser tmexxi l-investigazzjoni kriminali dwar Keith Schembri u l-100,000 f’tixħim li rċieva b’korruzzjoni mill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, dan wara provi li preżenta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u wara li l-Maġistrat Aaron Bugeja sab li hemm biżżejjed biex dan il-każ ikun investigat minn Maġistrat apposta. Il-Maġistrat intagħżlet bil-polza minn fost il-maġistrati tal-Qorti skont il-liġi dwar l-inkjesti maġisterjali.
Kien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li fil-jiem li għaddew, preżenta provi dwar każ ta’ korruzzjoni fl-iskema tal-bejgħ tal-passaporti li fih hemm involut iċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Fil-Pilatus Bank kien hemm kont bankarju f’Keith Schembri u ftit wara li Brian Tonna rċieva l-flus mingħand tliet Russi li xtraw ic-cittadinanza, Tonna għamel żewġ pagamenti lil Keith Schembri ta’ €50,000-il wieħed għal total €100,000.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien sostna li ma hemmx dubju bil-mod ta’ kif saru l-affarijiet li dan kollu sar b’korruzzjoni llegali u ħa flus li qatt ma messu ħa.
Dan wassal għas-sejħa biex jirriżenja kemm il-Prim Ministru, kif ukoll iċ-chief of staff tiegħu Keith Schembri. Każ ta’ korruzzjoni li wassal ukoll għal elezzjoni bikrija.
//= $special ?>FILMAT: Il-Qorti tilqa’ il-provi tal-Kap tal-PN u se tinvestigahom