Se nwaqqfu skema apposta ta’ għajnunu multi-dixxiplinarja sabiex ngħinu ħaddiema li jkunu telqu mix-xogħol għal xi żmien minħabba kundizzjoni ta’ mard. Hawn ħaddiema li jkollhom jieqfu mix-xogħol għal perjodu twil għaliex jimirdu b’canċer, jew b’mard kroniku ieħor, bħal multiple sclerosis, diabete qawwija, mard tal-qalb jew mard mentali.
Irridu li dawn il-haddiema jiffukaw fuq il-kura tagħhom b’moħħhom mistrieħ li fil-mument li jkunu jixtiequ jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol se jsibu s-sapport kollu meħtieġ biex jagħmlu dan permezz ta’ sapport professjonali apposta, inkluż re-training u għajnuna psikoloġika. L-iskema tinkludi wkoll għajnuna lill-ħaddiema permezz ta’ kreditu ta’ bolli u lill-employer sabiex iżomm lill-ħaddiem fuq il-kotba tiegħu u ma jitlifx l-esperjenza tiegħu.
//= $special ?>