Se nwaqqfu l-prekarjat li qed iseħħ fl-iskema tal-GWU fejn il-GWU inqabdet li qed tagħmel profitt minn fuq dahar 600 ħaddiem li tneħħew minn fuq ir-reġistru tal-qgħad u qed jitħallsu paga minima filwaqt li l-GWU qed tagħmel profitt minn fuq dahar kull wieħed minnhom għal total ta’ aktar minn miljun u nofs ewro profitt fis-sena.
Għalhekk il-GWU se titwaqqaf minn din l-iskema u minflok l-iskema tibda titħaddem mill-Jobsplus filwaqt li l-profitt li qegħda tagħmel il-GWU minn fuq dahar il-ħaddiema se jitħallas direttament lill-ħaddiema.
Skont l-istima tal-PN dan se jsarraf b’żieda fil-paga tal-ħaddiema ta’ aktar minn €200 fix-xahar. B’hekk issir ġustizzja mal-ħaddiema li qegħdin jiġu sfruttati.
//= $special ?>