Sabiex insaħħa aktar l-ugwaljanza bejn nisa u rġiel, se nagħmlu Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ugwaljanza bejn is-sessi li jara wkoll li tiġi indirizzata id-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel (gender pay gap).
Biex immexxu bl-eżempju, qed nintrabtu li l-Gvern iżid sostanzjalment il-possibilita ta’ teleworking għall-ħaddiema tiegħu u fil-ħatriet li jagħmel jara li mill-anqas nofs il-membri tal-bordijiet pubbliċi kollha jkunu komposti minn membri nisa. Il-Gvern se jħeġġeġ lis-settur privat jagħmel l-istess kemm fil-possibilita’ ta’ teleworking kif ukoll fil-ħatriet fil-bordijiet.
//= $special ?>