Għall-ewwel darba mill-istaġun 1997/1998, Birkirkara mhux se jkunu qed jikkompetu fil-kompetizzjonijiet ewropej, wara li l-Bord tal-appelli tal-MFA ma laqax l-appell ta’ Birkirkara, li kienu appellaw wara li ma nħarġitx il-liċenzja tal-UEFA.
Birkirkara temmew il-kampjonat fit-tielet post wara li fl-aħħar ġurnata għelbu lil Floriana 2-1, u qabżu lil Valletta wara li l-Beltin tilfu 2-1 kontra Ħamrun Spartans. L-Istripes inqatgħu kmieni mit-tiġrija għar-rebħ tal-kampjonat, u għal ħafna żmien kienu fir-raba’ post, pożizzjoni li ma kinitx tissodisfa lill-Istripes minħabba li l-ewwel tliet timijiet kienu kollha eliminati mill-FA Trophy, u għalhekk riedu jispiċċaw mal-ewwel tlieta.
Birkirkara kellhom l-aħħar rawnd pożittiv fejn baqgħu jittamaw sal-aħħar li jispiċċaw mal-ewwel tlieta, b’seba’ rebħiet u erba’ draws fit-tielet rawnd, filwaqt li Valletta kisbu biss żewġ punti fl-aħħar ħames logħbiet tal-kampjonat.
Dan ix-xenarju wassal għal stennija mill-partitarji, plejers u diriġenti ta’ Birkirkara u Valletta, hekk kif li kieku Birkirkara ngħataw il-liċenzja, kienu jkunu Valletta li jibqgħu barra minn post fil-kompetizzjonijiet ewropej. Għaldaqstant se jkunu Hibernians, Balzan, Valletta u r-rebbieħa tal-FA Trophy.
//= $special ?>