Ambjent Lokali

L-FAA u r-residenti jitolbu lill-Awtorità tal-Ippjanar twaqqaf il-bidu tat-tmiem ta’ Pembroke

Impressjoni artistika tal-iżvilupp propost fit-toroq residenzjali ta’ Pembroke u li r-residenti qed joġġezzjonaw bil-qawwa kollha

Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) u grupp ta’ aktar minn 200 resident ta’ Pembroke qed jitolbu lill-Awtorità tal-Ippjanar biex ma tilqax l-ammont kbir ta’ applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ bini taq’ ħames u sitt sulari li se jibdlu u jeqirdu l-karattru u t-trankwillità ta’ Pembroke.

Fi stqarrija l-FAA qalet li ż-żieda qawwija fl-applikazzjonijiet mhix kumbinazzjoni imma riżultat f’tibdil fil-policies tal-ippjanar li kien introdott fl-2015 u li agħmilha possibbli li l-bini kollu jogħla b’tal inqas sular fuq illimitazzjonijiet tal-għoli preżenti li saru fl-2006 li fil-każ ta’ Pembroke kienu diġà stabbiliti għal minn tlieta sa erba’ sulari.

L-FAA qalet li minħabba l-emenda fil-policy li saret fl-2015, l-għoli tal-bini permess f’Pembroke tela’ għal ħames jew sitt sulari, li hu kuntrast qawwi mar-ringieli ta’ terrazzini ta’ żewġ sulari fost il-barracks militari storiċi li jagħtu lil Pembroke il-karattru distint tiegħu.

L_istqarrija qalet li l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg ċaħad b’mod kategoriku l-implikazzjonijiet tal-emendi tal-policy li saru fl-2015 u qal li n-numru ta’ sulari permissibbli ma żdiedx, minkejja li l-Awtorità tal-Ippjanar innifisha kienet diġa’ approvat mijiet ta’ applikazzjonijiet b’din iż-żieda ġdida fl-għoli tal-bini.
Permezz ta’ dawn il-policies, l-Awtorità tal-Ippjanar qed tinkoraġixxi it-twaqqiegħ ta’ terazzjoni u li dawn jinbidlu ma blokki appartamenti ta’ ħames jew sitt sulari bla ma ttieħdu in-konsiderazzjoni ir-residenti li diġa investew f’Pembroke speċjaqlment minħabba li hi żona kwieta residenzjali bi spazji ħodor miftuħa u b’toroq wiesgħa u mdawla tajjeb liema karatteristiċi qed jisparixxu malajr f’Malta hekk kif il-gżira hi mifnija bi żvilupp żejjed, konġestjoni qawwija u żieda fil-livelli ta’ tniġġiż tal-arja u tniġġiż ta’ storbju.

Tara Cassar uffiċjal tal-għaqda ambjentali flimkien għal ambjent aħjar qalet li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet biex tagħmel lit-toroq kollha ta’ Malta kaotiċi u dipressivi. Minflok tikteb il-policies li jagħtu appoġġ lir-riġenerazzjoni taż żoni dilapidati, l-Awtorità tal-Ippjanar qed tintroduċi loopholes li jinkoraġixxu r-rovina tal-karatteristiċi li kienu ippjanati tajjeb tal-aħħar ftit bliet u rħula li fadal.

 

L-FAA u r-residenti ta’ Pembroke aqed jtolbu lill-Awtorità tal-Ippjanar biex twaqqaf milli tadotta policies orjentati favur l-iżviluppaturi u tibda tpoġġi s-saħħa tar-residenti fil-qalba tal-ippjanar.