Lokali

Mara tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Tal-Pieta`

L-isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Mara ta’ 43 sena mill-Marsa weġġgħet gravi wara li dagħodu ntlaqtet minn karozza misjuqa minn mara ta’ 24 sena mill-Għarb, Għawdex.

L-inċident seħħ ftit qabel is-07:25 meta l-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Pjazza San Luqa, Tal-Pieta`.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li mara għal xi raġuni sfat milquta minn karozza tat-tip Mazda 323.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 43 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Iktar tard hi kienet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.