Pollakk residenti San Pawl il-Baħar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur
Il-każ seħħ fil-5pm fi Triq Dun Karm, fl-Imsida, meta għal xi raġuni mhux magħrufa seħħ impatt bejn il-mutur tat-tip Honda CB600 misjuq mill-vittma ta’ 38 sena u vettura tat-tip Toyota ProAce misjuqa minn Taljan ta’ 42 sena residenti n-Naxxar
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

