Lokali Qorti

Raġel akkużat bi qtil jingħata l-libertà proviżorja

Il-Qorti fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

Wieħed miż-żewġ irġiel akkużati bil-qtil ta’ Brandon Pace mill-Ħamrun fit-2 ta’ April 2017 ingħata l-libertà proviżorja. Joseph Grech minn Gwardmangia kien miżmum l-Isptar Monte Carmeli flimkien ma’ ibnu Kurt wara li tressqu l-qorti akkużati li taw daqqiet ta’ sikkina lil Pace wara inċident familjari li spiċċa vjolenti.

L-avukat difensur tal-akkużat qal li l-akkużat għandu pedina kirminali nadifa fejn kien inta ħati biss ta’ kontravenzjonijiet tat-traffiku u qtil illegali ta’ fniek.

Il-Qorti laqgħet it-talba għal-libertà proviżorja b’depożitu ta’ €20,000 u garanzija personali ta’ €80,000.