Żagħżugħ ta’ 19-il sena kien arrestat wara li kmieni dalgħodu kien arrestat wara li nqabad bi droga kokaina.
Jirriżulta li ż-żagħżugħ kien arrestat wara li għall-ħabta tan-nofsiegħa, il-Pulizija nnutaw karozza fi Triq San Franġisk, il-Floriana.
Għal xi raġuni, ix-xufier tal-vettura saq b’veloċita` qawwija iżda wara ftit huwa twaqqaf mill-Pulizija ħdejn il-Park and Ride tal-Blata l-Bajda.
Iż-żagħżugħ instab li kien fil-pussess ta’ madwar 31 qratas li kien fihom sustanza bajda allegatament droga kokaina.
Is-suspettat ġie arrestat u għadu qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal iktar stħarriġ.
//= $special ?>


