#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

Talba biex il-Parlament Ewropew jiddibatti s-sitwazzjoni f’Malta

Il-Grupp tal-Ħodor fil-Parlament Ewropew, talab biex il-ġimgħa d-dieħla jissejjaħ dibattitu urġenti biex jiddiskutu l-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus li jinvolvu persuni esposti politikament.

Dan id-dibattitu intalab fid-dawl tal-ħsara li qed issir lir-reputazzjoni ta’ Malta minn Konrad Mizzi, Keith Schembri u Brian Tonna u anke l-Prim Ministru.

Id-deċiżjoni dwar l-aġenda tal-Parlament Ewropew mistennija li tittieħed il-Ħamis li ġej.