Elezzjoni 2017 Lokali

Tliet konsulenti Mediċi bħala kandidati ġodda tal-Partit Nazzjonalista

Il-Konsulent tal-Ortopedija Jason Zammit (Xellug), Il-Kirurgu fl-Isptar Mater Dei Kevin Cassar (fin-nofs), Il-Konsulent tal-Onkoloġija Prof. Nick Refalo (lemin)

Fis-sigħat li ġejjin, il-Partit Nazzjonalista mistenni jaċċetta grupp ta’ tliet Konsulenti Mediċi bħala l-Kandati għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju li ġej.

Dawn huma l-Konsulent tal-Onkoloġija Nick Refalo, il-Konsulent tal-Ortopedija Jason Zammit u l-Kirurgu fl-Isptar Mater Dei Kevin Cassar.

Wara laqgħa mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, il-kandidatura tagħhom mistennija tkun approvata uffiċjalment fil-jiem li ġejjin qabel ma jagħlaq il-perjodu għat-tfigħ tan-nomini mill-Kandidati s-Sibt li ġej.