Internazzjonali

Arrestati traffikanti tal-immigranti b’kollaborazzjoni tal-Pulizija Maltija – kellhom kuntatti mal-estremisti

Il-Pulizija ta’ Bari arrestaw numru ta’ Somali akkużati li huma traffikanti tal-immigranti b’konnessjonijiet mal-estremiżmu. L-arresti saru f’Bari, Catania u Salerno, wara ħidma mal-Pulizija f’Malta u l-Interpol.

Jirriżulta li dawk arrestati, permezz tal-midja soċjali, kellhom kuntatti ma’ estresmisti fosthom dawk qrib il-grupp terroristiku Somalu, l-Al Shabaab. Jinsabu akkużati wkoll b’dokumentazzjoni falza u korruzzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi fost l-oħrajn.

Wieħed minn dawk arrestati nstab ukoll li għamel telefonati lil terrorist ieħor, arrestat f’Lulju tal-2016, u li kien akkużat li għen lil żewġ membri tal-ISIS biex jaslu fl-Ewropa wara li għaddew minn Malta.

Fost dawk interrogati hemm ukoll impjegat tal-Comune di Bari, li tħalla li jintuża biex jiddikjara residenzi ineżistenti fejn suppost kieni joqgħodu l-immigranti.