ll-Kumpless Aria, f’San Gwan, il-ġimgħa li għaddiet ospitat l-ġlieda mill-ġdid bejn iċ-champion tal-Heavyweight Malti Billy Corito u l-isfidant mir-Renju Unit Jody Meikle li s-sena l-oħra f’laqgħa oħra bejn iż-żewġ boxers mar lura l-Ingilterra biċ-ċinturin li Billy kien rebaħlu f’bout preċedenti.
Eventwalment, fi tmiem il-ġimgħa kien Corito li rebaħ il-konfront bil-punti.
Kienet tassew ġlieda bilanċjata li rat il-boxers għaddejjin għal 10 rawnds ta’ tliet minuti kull wieħed bil-punti mogħtija lil min jagħmel l-aktar daqqiet preċiżi fejn Billy rebħu kull rawnd.
Il-ġlieda, sanzjonata mill-Malta Boxing Association, kienet organizzata minn Chavez Boxing Promotions taħt il-gwida tal-promotur Charles Muscat bl-appoġġ ta’ Lianne Corito. John Cauchi mill-Awstralja kien ir-referee inkarigat milll-ġlieda.
//= $special ?>