Futbol Sport

€49 miljun għal Mino Raiola mit-trasferiment ta’ Pogba

Mino Raiola kien strumentali biex Pogba ngħaqad ma' Manchester United

Il-prokuratur Mino Raiola daħħal total ta’ €49 miljun mit-trasferimenti ta’ Paul Pogba mingħand Juventus għal ma’ Manchester United. Dan hu dak li ħareġ mill-ktieb ta’ Spiegel bl-isem ta’ Football Leaks li se joħroġ għal bejgħ illu.

Skont dan il-ktieb, mit-trasferiment ta’ €105 miljun, €27 miljun għaddew għand Topscore Sports Limited li Raiola hu s-sid tagħha, wara ftehim li kien sar mad-direttur ġenerali ta’ Juventus Giuseppe Marotta madwar tliet ġimgħat qabel il-bejgħ tal-plejer.

Dan il-ktieb ikompli jgħid li fit-8 ta’ Awwissu tas-sena l-oħra, Manchester United għaddew pagament ta’ €19.4 miljun f’ħames rati sa Settembru tal-2020. Ma’ dawn iċ-ċifri, jiżdiedu wkoll il-kumpens tal-istess Pogba li hu madwar €2.6 miljun. Fl-ewwel staġun tiegħu, Pogba kellu salarju ta’ madwar €10.2 miljuni, li magħhom jiżdiedu €3.4 miljuni għad-drittijiet tiegħu.

Sadanittant, il-FIFA ddeċidiet li ssegwi aktar din l-istorja fejn jidher li ħatret inkjesta biex tiċċara l-affarijiet.