Lokali

Hold up fl-Imsida – il-ħalliel jaħrab minn fuq il-post

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija ta’ raġel li kien involut f’serqa illum wara nofsinhar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq l-Isqof FS Caruana, fl-Imsida, meta mill-ewwel indikazzjonijiet, raġel mgħammad u armat b’sikkina daħal f’ħanut u talab il-flus lill-kaxxier ta’ 53 sena mis-Siġġiewi.

Filwaqt li l-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li ħataf ammont ta’ flus kontanti, il-Pulizija appellat lill-pubbliku sabiex kull min għandu xi informazzjoni dwar il-każ javviċinaha mill-aktar fis.