Iċ-Chief of Staff tal-Ministru Chris Cardona mill-ġdid fl-inkwiet, din id-darba kien involut fi kwistjoni mal-Pulzija fl-1 ta’ Mejju wara li nżamm milli jidħol f’żona ristretta waqt il-meeting Laburista fil-Belt.
Dan il-każ kien rapportat f’The Times kif l-inċident ma eskalax bl-intervent ta’ diversi partitarji Laburisti li kkalmaw is-sitwazzjoni u ħadu liċ-chief of staff Mario Azzopardi minn fuq il-post.
L-inċident seħħ fi Triq il-Merkanti waqt li żewġ pulizija kienu qed jieħdu ħsieb id-dħul lejn il-parti ta’ wara l-palk tal-meeting Laburista.
Jirriżulta li Azzopardi wasal fil-post ma’ grupp ta’ rġiel u nsista li jidħol wara l-palk fejn il-Prim Ministru u l-familja tiegħu kienu bilqiegħda. L-uffiċjali tal-pulizja irrifjutaw minħabba li Azzopardi u sħabu ma kellhomx it-tags ta’ awtorizzazzjoni.
Mario Azzopardid ipponta subjagħ lejn l-uffiċjali tal-pulizija u qallhom; ‘Intom tafu ma ‘ min qed titkellmu?’.
Hu qal lill-pulizija li hu kien iċ-Chief of Staff tal-Ministru Chris Cardona u ordna lill-pulizija biex jifħtulu għax lilu ħadd ma jtih ordnijiet. Minkejja l-insistenza ta’ Azzopardi, il-pulizija żammew sod u nsistew li Azzopardi ma kellux dritt jidħol wara l-palk.
Is-sitwazzjoni eskalat u kellu jkun l-intervent ta’ partitarji Laburitsi oħra li pprovaw jikkalmaw lil Azzopardi.
Hekk kif ittieħed minn fuq il-post, Azzopardi dar lejn il-pulizija u qallhom li kien jarhom wara l-elezzjoni.
The Times ipprovaw jitkellmu mal-Ministru Chris Cardona dwar dan, iżda hu ma weġibx il-mistoqsijiet.
//= $special ?>