Elezzjoni 2017 Lokali

Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech mhux se jerġa’ jikkontesta

F’attivita’ tal-Partit Laburista fl-Iklin, ġie mħabbar li d-Deputat Prim Ministru Louis Grech mhux se jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Laburista.

Fl-ewwel intervent tiegħu, Joseph Muscat stqarr mal-folla preżenti li Louis Grech ikkomunika matul il-ġurnata tal-Erbgħa li għażel li mhux se jerġa’ jikkontesta, iżda se jibqa’ jimmilita fil-Partit Laburista. Joseph Muscat kompla jistqarr li Louis Grech se jżomm il-kariga tiegħu bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista sal-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju u wara l-Partit Laburista jibda l-proċess għall-għażla ta’ persuna oħra biex jimla’ l-post vakanti.

L-eks Ewroparlamentari f’isem il-Partit Laburista Louis Grech ħabbar li mhux se jerġa’ jikkontesta mal-Partit Laburista, filwaqt li rringrazzja lill-familja tiegħu tal-appoġġ li tawh tul is-snin.