Lokali Sport

Il-Ġurnalist ta’ Net Media Charles Camenzuli elett President tal-AIPS Europe

Il-Ġurnalist ta’ Net Media Charles Camenzuli ġie elett b’mod unanimu fil-kariga ta’ President tal-AIPS Europe waqt it-80 Kungress tal-AIPS li qed isir f’Seoul u Pyeonchang il-Korea t’Isfel.

Il-kariga ta’ President tal-AIPS Europe ta’ Charles Camenzuli tagħti wkoll post bħala wieħed mill-Viċi Presidenti fl-Eżekuttiv Internazzjonali tal-AIPS.

Media.Link communications tifraħ lil Charles Camenzuli għall-ħatra f’din il-kariga tant importanti.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija sostna li jifraħ Iill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Charles Camenzuli wara li illum, waqt it-80 kungress tal-AIPS, kien elett b’mod unanimu bħala l-President ġdid tal-fergħa Ewropea tal-media sportiva l-AIPS.

Il-Partit Nazzjonalista huwa onorat u konvint li Charles Camenzuli, li għal snin twal ħadem ma’ Media.Link Communications, se jmexxi għal terminu ta’ erba’ snin b’integrità, b’onestà u bi professjonalità lil ġurnalisti Ewropej.