Elezzjoni 2017 Lokali

Illum, Il-Partit Nazzjonalista qed jorganizza maratona ġbir ta’ fondi

Hekk kif ninsabu f’Kampanja Elettorali ta’ elezzjoni ġenerali tant importanti, illum il-Partit Nazzjonalista qed jorganizza maratona ġbir ta’ fondi sabiex b’hekk fil-ġimgħat li ġejjin ikompli jwassal il-messaġġ tiegħu.

Elezzjoni bikrija li qed issir fil-kuntest tal-allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni fil-konfront tal-Prim Ministru u ċ-chief of staff tiegħu, Keith Schembri, kif ukoll il-Ministru Konrad Mizzi.

Il-Maratona bdiet kmieni dalgħodu fuq radio 101 u tibqa’ sejra sal-lejla, waqt li tilħaq il-qofol tagħha fis-6pm fuq Net Television u tibqa’ sejra sa tard filghaxija. Illejla se jipparteċipa wkoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Wieħed se jkun jista’ jsegwi wkoll il-maratona fuq il-facebook page ta’ Net News waqt li jistgħu jingħataw ukoll donazzjonijiet online fuq il-website www.forzanazzjonali.com/maratona