L-Ingilterra telgħu ma’ Franza u l-Arġentina f’Pool C, filwaqt li n-New Zealand u l-Afrika ta’ Isfel telgħu flimkien f’Pool B għat-Tazza tad-Dinja tal-2019 li se ssir fil-Ġappun. Dan ifisser li l-Ingilterra telgħu fi grupp diffiċli għat-tieni tournament konsekuttiv.
Fit-Tazza tad-Dinja tal-2015, l-Ingilterra kienu telgħu mal-Awstralja u Wales u naqsu li jaslu sal-fażi tan-knock-out. Franza qed juru sinjali ta’ titjib taħt il-kowċ il-ġdid Guy Noves, filwaqt li l-Arġentina huma tim konsistenti f’tournaments tat-Tazza tad-Dinja. Il-grupp jiġi komplut b’żewġ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni. Dawn se jkunu l-Istati Uniti jew il-Kanada, bit-tim l-ieħor se jkun Samoa jew Fiji.
L-Irlanda u l-Iskozja telgħu flimkien mal-Ġappun, filwaqt li Wales telgħu mal-Awstralja għat-tieni Tazza tad-Dinja konsekuttiva, b’Georgia wkoll fil-grupp magħhom.
L-Irlandiżi huma favoriti li jirbħu Pool A hekk kif se jippruvaw itejbu r-rekord tagħhom fit-Tazza tad-Dinja hekk kif sa issa għadhom qatt ma qabżu l-kwarti tal-finali. L-organizzaturi l-Ġappun ukoll jinsabu fil-grupp.
Wales se jerġgħu jsibu lilhom infushom f’kompetizzjoni diretta mal-Awstralja, pajjiż li dejjem sabuha diffiċli biex jegħlbu taħt il-kowċ Warren Gatland. Magħhom hemm ukoll Georgia li se jilagħbu kontrihom għall-ewwel darba aktar tard din is-sena.
Il-logħba ta’ New Zealand mal-Afrika ta’ Isfel mistennija tkun missielta, iżda mhux inkwetati hekk kif fil-grupp għandhom lill-Italja, tim mill-Afrika u r-rebbieħ tar-repechage. Il-fażi ta’ kwalifikazzjoni jintemmu sa tmiem is-sena d-dieħla, bl-ewwel żewġ timijiet minn kull pool jaslu sal-kwarti tal-finali fl-2019.
Il-gruppi tat-Tazza tad-Dinja
Pool A: Irlanda, Skozja, Ġappun, Europa 1, rebbieħ play-off
Pool B: New Zealand, Afrika ta’ Isfel, Italja, Africa 1, rebbieħ tar-repechage
Pool Ċ: Ingilterra, Franza, Arġentina, Americas 1, Oceania 2
Pool D: Awstralja, Wales, Georgia, Oceania 1, Americas 2
//= $special ?>