Fit-telfa li sofrew Monaco kontra Juventus kien hemm plejer tal-Franċiżi li spikka u waqqaf rekord u dan kien Mbappe. Tard it-Tlieta filgħaxija ċ-champions Taljani bbukkjaw post fil-finali meta fil-Juventus Stadium għelbu lil Monaco 2-1, biex wara r-rebħa ta’ 2-0 tal-ewwel leg għaddew b’aggregate ta’ 4-1.
Il-gowl ta’ Mbappe kien l-ewwel gowl li sofrew Juventus sa mit-22 ta’ Novembru li għadda u b’dan il-gowl il-plejer ta’ 18-il sena sar l-iżgħar plejer li skurja fis-semifinali taċ-Champions League.
Fil-partita tat-Tlieta Mbappe għeleb lill-gowlkiper Buffon u ironikament hu lanqas kien għadu twieled meta Buffon kien mgħajjat biex jifforma parti mit-tim nazzjonali Taljan li ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1998.
Barra minn hekk Mbappe dan l-istaġun skurja sitt gowls fil-kompetizzjoni sa qabel ma għalaq 19-il sena. Plejer ieħor li kien għamel dan fil-passat kien l-eksplejer u captain leġġendarju ta’ Real Madrid, Raul.
Biex skurja sitt gowls Mbappe kellu bżonn disa’ partiti filwaqt li l-aktar plejer Franċiż li laħaq dan l-ammont b’mod veloċi kien l-eksplejer ta’ Arsenal Theirry Henry li kien sab ix-xibka sitt darbiet f’ħames konfronti taċ-Champions League.
Dan l-istaġun s’issa Mbappe skurja total ta’ 25 gowl f’41 logħba ma’ Monaco u bla dubju matul is-sajf li ġej se jkun wieħed mill-aktar plejers segwiti minn klabb kbar Ewropej.
//= $special ?>