#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

Muscat politikament iddisprat: issa jigdeb anke dwar l-IVF

Joseph Muscat waqt 'Dissett'

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li Joseph Muscat – li tilef għal kollox “il-pożittività” u issa embarka f’kampanja ta’ negattività u biża’ – qed jigdeb dwar l-IVF.

Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil mhux talli ma jagħlaqx id-dipartiment tal-IVF – kif gideb Muscat – iżda talli jkompli jinvesti fih biex joffri l-aqwa servizz possibbli.

Kien Gvern Nazzjonalista li ntroduċa dan is-servizz f’pajjiżna, permezz tal-Embryo Protection Act fl-2012. Jiġifieri, għal darb’oħra, Muscat, fil-paniku li għandu biex jibqa’ fil-poter akkost ta’ kollox, reġa’ nqabad jigdeb.

Il-Partit Nazzjonalista qal li Muscat għandu, għal darba, jieqaf iniżżel il-politika fl-aktar livelli baxxi, u jieqaf idawwar f’ballun politiku temi sensittivi bħall-IVF.