Lokali

NETnews.com.mt mal-aktar 5 websites popolari f’Malta

L-aktar statistika riċenti tpoġġi lil NETnews.com.mt mal-aqwa 5, f'inqas minn 12-il ġimgħa

NETnews.com.mt tkompli tikseb suċċess wara l-ieħor. Skont is-sit internazzjonali Alexa, li jkejjel il-popolarita’ tal-websites madwar id-dinja, netnews.com.mt issa tinsab mal-aktar 5 websites popolari f’Malta. Dan f’inqas minn 12-il ġimgħa minn meta kienet imnedija l-website.

B’hekk il-website NETnews.com.mt issa tinsab mal-aktar 5 websites li jsegwu l-Maltin u l-Għawdxin.

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, NET News, permezz tal-ħidma kollettiva u kontinwa fi ħdan il-kamra tal-aħbarijiet, ħadem fuq diversi stejjer; kemm dawk ta’ politika, kronika, stejjer esklussivi, aħbarijiet sportivi u dawk internazzjonali u anki stejjer umani. NET News kien tal-ewwel f’diversi stejjer, fost oħrajn kien strumentali biex ħareġ numru ta’ fatti dwar il-każi ta’ korruzzjoni u li waslet għal elezzjoni bikrija. Apparti minn hekk, id-dehra l-ġdida ta’ NETnews.com.mt għamlitha iktar faċli li n-nies issegwi l-aħħar aħbarijiet ta’ madwarna.

L-aktar statistika riċenti tpoġġi lil NETnews.com.mt mal-aqwa 5, fosthom Google. Is-sit li jagħmel dan l-istħarriġ, Alexa, jistħarreġ miljuni ta’ websites madwar id-dinja.

Fi Tweet il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja u faħħar il-ħidma tal-ġurnalisti ta’ dan is-sit għall-ħidma ma taqta’ xejn biex intlaħaq dan it-tragward.

NET News se jkompli jaħdem bla waqfien biex iwassal l-aħħar aħbarijiet, b’mod speċjali f’dan iż-żmien ta’ kampanja elettorali.