Sport Waterpolo

Valletta United b’sessjonijiet tal-waterpolo u l-għawm għat-tfal

Il-klabb lokali tal-waterpolo Valletta United WPC ħabbar li minn dan is-sajf, il-klabb se jkun qed jibda nursery tal-għawm u waterpolo wara diversi snin, taħt it-tmexxija tal-kowċ ta’ esperjenza Joe Sciortino bl-għajnuna tal-iskola tal-għawm AquaKids.

Is-sessjonijiet huma miftuħa għal tfal bejn is-seba’ snin u l-11-il sena għal waterpolo, u minn 3 snin ‘il fuq għall-għawm, bis-sessjonijiet isiru fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq kull nhar ta’ Sibt u Ħadd mid-9.00am sal-10.00am.

L-ewwel sessjonijiet jibdew mill-1 ta’ Lulju. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jagħmel kuntatt ma’ Karl Rausi fuq 79444407 jew jibagħtu email fuq karlvrausi@gmail.com.