#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

Wassal l-ideat tiegħek fuq forzanazzjonali.com

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illejla nieda inizzjattiva ġdida fejn il-pubbliku jista’ jipproponi l-ideat tiegħu b’mod attiv. Biex wieħed jista’ jagħti s-sehem tiegħu, wieħed jista’ jidħol fis-sit www.forzanazzjonali.com u min hemm wieħed jidħol fis-sezzjon ideat. Mhux biss wieħed jista’ jippreżenta l-idea tiegħu iżda wkoll jivvota fuq ideat oħrajn u jagħti raġunijiet għaliex jaqbel jew ma jaqbilx mal-idea.

Simon Busuttil qal li dan hu mod ġdid fejn il-poplu jipproponi u jivvota fuq kull idea prattikament kuljum u mhux kull ħames snin. Hu qal li qed ifittex b’mod partikolari għal ideat li huma differenti u anki min ma jaqbilx.

Il-Kap tal-PN qal li qed iniedi din l-inizzjattiva b’entużjażmu kbir għaliex tiftaħ mezzi ġodda ta’ komunikazzjoni u ta’ tixrid ta’ ideat. Hi wkoll sistema miftuħa li sa ċertu punt se tpoġġi pressjoni fuqu biex l-iktar ideat li jkollhom appoġġ, jiġu implimentati.