Elezzjoni 2017 Lokali

“Dan huwa żmien importanti ħafna, żmien li jitlob l-għajnuna ta’ kulħadd” – Louis Galea, Eks Ministru

Li Simon Busuttil jitkellem fuq il-korruzzjoni hija xi ħaġa tajba ħafna. Dan għaliex hija realta’ li pajjiżna jinsab fi kriżi – u għalhekk il-Kap tal-PN qed jimxi bl-aħjar mod meta jiffoka fuq il-korruzzjoni.

Hekk stqarr l-eks Ministru Nazzjonalista Louis Galea meta kien qed jitkellem fuq Net TV.

Louis Galea sostna li fid-dawl ta’ din il-kriżi ta’ korruzzjoni, l-elezzjoni tat-3 ta’ Gunju għandha tifsira kbira għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Louis Galea stqarr illi pajjiżna qed jerġa’ jgħix żmien importanti fl-istorja.