B’kuntlarju għall-Partit Nazzjonalista li hu kommess li fil-leġislatura li jmiss jibda l-proġett tal-metro biex jindirizza l-problema tat-traffiku, il-Prim Ministru Joseph Muscat illum ta x’jifhem li mhux se jkun kommess li jagħmel l-istess proġett jekk ikun elett.
Tant li waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar it-trasport, għal darba, tnejn, qal biss li fil-leġislatura li jmiss se jkun qed jagħmel konsultazzjoni.
“Inkunu verament superfiċjali jekk sempliċiment ngħidu li ħa jsir xi ħaġa” qal il-Prim Ministru, waqt li kkritika lill-Partit Nazzjonalista talli impenja ruħu li fil-Gvern, jibda jaħdem fuq sistema ta’ metro.
“Fil-leġislatura li jmiss issir konsultazzjoni sħiħa f’dawn ir-rigward”, żied jgħid Joseph Muscat, f’indikazzjoni li jekk jerġa’ jkun elett, jagħmel biss ‘konsultazzjoni’ iżda jħalli l-proġett tal-metro fuq l-ixkaffa.
Mill-banda l-oħra, il-Partit Nazzjonalista diġa’ kkommetta ruħu li malli jkun fil-Gvern, jwettaq l-akbar pjan infrastrutturali għall-pajjiż, fejn fost l-oħrajn tibda l-ħidma fuq sistema tal-metro.
Dwar dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kemm-il darba qal li din is-sistema għandha tkun waħda ħolistika u li tgħaqqad numru ta’ servizzi ta’ trasport pubbliku biex toffri l-aqwa sistema ta’ trasport għan-nies, b’mod li ma jkollhomx għalfejn jużaw il-karozzi personali tagħhom.
Apparti l-impenn li jibda proġett fuq sistema ta’ metro, il-Partit Nazzjonalista diġa kien ħareġ sett ta’ proposti ‘short-term’ biex tkun miġġielda l-konġestjoni tat-traffiku. Agħfas hawn biex tara x’qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista f’dan ir-rigward.
//= $special ?>