Il-kelliem uffiċjali tal-Prim Ministru f’Kastilja, Kurt Farrugia, kien fl-Universita’ ta’ Malta b’laqgħat mal-għaqda tal-istudenti u uffiċjali tal-Universita’ MUDU, bl-iskop li jitkellmu dwar id-dibattitu bejn il-Mexxejja ta’ nhar it-Tlieta.
Ġie kkonfermat ukoll li minn erba’ Mexxejja tal-Partiti li se jieħdu sehem, kien il-Partit Laburista biss li talab għal din il-laqgħa.
Aktar kmieni, il-gazzetta MaltaToday żvelat li l-Prim Ministru Joseph Muscat huwa l-uniku Mexxej li għadu m’aċċettax li jmur jiddibatti fl-Universita’. Il-Kap tal-PN Simon Busuttil, il-Mexxej tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia u ċ-Chairperson tal-AD Arnold Cassola kollha aċċettaw.
Kurt Farrugia kien akkumpanjat mill-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti Alex Saliba. Id-dibattitu qed jiġi organizzat mill-għaqdiet tal-istudenti.
//= $special ?>