Lokali

“Għadni taħt xokk…. inti djamant tiegħi” – Tislima lil Alashia ta’ 12-il sena

Alashia, it-tifla ta' 12-il sena li tilfet ħajjitha
Alashia kienet dejjem bi tbissima fuq wiċċha u li kienet tifla ċajtiera ħafna.

Alashia, ta’ 12-il sena minn Bormla tilfet ħajjitha wara li lbieraħ kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Bormla.

Hekk kif inxterdet l-aħbar tal-mewt tagħha, għexirien ta’ nies tellaw messaġġi ta’ tislima fuq il-profil tagħha ta’ Facebook filwaqt li ħafna oħra taw il-kondoljanzi lill-familjari tat-tifla.

Fost il-ħafna messaġġi mingħand il-qraba u l-ħbieb tagħha spikkaw dawk li qalu li għadhom taħt xokk wara li semgħu din l-aħbar kerha. Apparti minn hekk, qalu li Alashia kienet dejjem bi tbissima fuq wiċċha u li kienet tifla ċajtiera ħafna.

Spikkaw ukoll messaġġi mingħand il-ħbieb tagħha li ma jistgħux jemmnu din l-aħbar u li se tkun diffiċli sabiex jgħixu mingħajr il-preżenza tagħha.

F’messaġġi oħra, intqal li Alashia se tkun qed issebbaħ il-ġenna u issa se tkun tista’ tħares lil dawk kollha li tħobb minn hemm fuq. Filwaqt li xi messaġġi wkoll talbuha sabiex iżżomm lill-ġenituri tagħha taħt għajnejha sabiex tgħinhom f’dan il-mument tant diffiċli.

 

Inċident tal-beiraħ f’Bormla