Il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu ma’ kkonfermax li se jipparteċipa fid-dibattitu li huwa skedat li jsir nhar it-Tlieta fl-Universita’. Dan kien żvelat fl-aħħar ħin mill-maltatoday.
Minn naha l-oħra il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia u l-Kap tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola diġa kkonfermaw l-attendenza tagħhom.
Id-dibattitu bejn il-mexxejja huwa skedat li jsir nhar it-Tlieta 16 ta’ Mejju fis-sala Sir Temi Zammit fl-Universita’ stess u qed ikun organizzat mill-għaqdiet studenteski The Third Eye u l-University of Malta Debating Union.
Dan id-dibattitu fl-Universita’ sar sinonimu mal-kampanja elettorali u sar kemm fl-aħħar elezzjoni, kif ukoll fl-elezzjoni tal-2008, li ħafna jqisu li kien dibattitu deċisiv fir-riżultat ta’ dik l-elezzjoni li ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>