#muscatgate Lokali

IL-PARLAMENT EWROPEW JIDDEĊIEDI: Irid jiddiskuti l-kriżi ta’ korruzzjoni f’Malta f’Ġunju

Skont The Malta Independent, jintlaħaq qbil biex issir diskussjoni f'Ġunju, wara l-elezzjoni

Il-Parlament Ewropew se jkun qed jiddiskuti l-kriżi ta’ korruzzjoni f’Malta f’Ġunju, aktarx wara l-elezzjoni ġenerali li ġejja, skont artiklu ppubblikat fuq The Malta Independent. Skont l-istess artiklu, id-diskussjoni għandha ssir f’sessjoni tal-Plenarja tal-Parlament Ewropew.

Fl-artiklu, The Malta Independent tgħid li aktar kmieni matul il-ġurnata ntlaħaq qbil mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew, li f’Ġunju li ġej issir diskussjoni dwar is-sitwazzjoni ta’ korruzzjoni f’Malta, partikolarment fid-dawl tal-allegazzjonijiet li saru dwar il-klikka korrotta f’Kastilja.

Din id-deċiżjoni ssegwi ittra li l-Kap tal-Kumitat PANA fi ħdan il-Parlament Ewropew Werner Langen bagħat lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jitla’ jixhed fit-18 ta’ Mejju 2017. Kif mistenni, il-Prim Ministru kien irrifjuta li jmur jixhed quddiem dan il-kumitat. Meta l-Kumitat PANA kien f’Malta, anke ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, irrifjuta li jmur jixhed.